Lokali

Ritratti: Taqbad karozza fi Vjal il-Blue Grotto fiż-Żurrieq

Ftit tal-ħin ilu karozza ħadet in-nar fi Vjal il-Blue Grotto, fiż-Żurrieq.

L-ewwel rapporti li waslulna minn persuni li joqgħodu fl-istess triq, u oħrajn li nzertaw kienu fil-viċinanzi, kienu li din il-karozza splodiet. Madankollu jista’ jkun li l-karozza splodiet wara li ħadet in-nar.

F’temp ta’ ftit sekondi l-karozza tgħattiet minn fajmmi kbar li qerduha għal kollox. Bil-każ ġew infurmati l-Pulizija kif ukoll uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili li marru mmedjatament fuq il-post.

Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm xi persuni li sofrew xi ġrieħi, jew inkella residenzi u karozzi oħra li sofrew ħsara kawża ta’ dan il-każ.

Din hi l-istess triq fejn fl-4 ta’ Novembru li għadda bomba mal-faċċata tar-residenza tal-Ispettur Geoffrey Azzopardi splodiet u kkawżat ħsara strutturali konsiderevoli. Iżda dan l-incident jidher li m’ghandu x’jaqsam xejn mal-ispluzjoni ta’ Novembru li ghadda.