Internazzjonali

Sydney fl-Awstralja tilqa’ is-sena l-ġdida – 2015

Il-belt ta’ Sydney fl-Awstralja mexxiet lid-dinja biex laqgħet il-bidu tas-sena l-ġdida – l-2015 – bi programm spettakolari ta’ logħob tan-nar fuq il-port ta’ Sydney.

Minn Hong Kong sa Londra u minn New York sa Rio de Janeiro, miljuni ta’ persuni madwar id-dinja se jkunu qed jiċċelebraw mat-tokki ta’ nofsillejl. F’ħafna pajjiżi, il-logħob tan-nar se jkun qed jippredomina, segwit minn diversi kunċerti mużikali u wirjiet spettakolari tad-dawl.

F’Sydney l-Awstralja, tunnellati ta’ logħob tan-nar inħarqu u għal dan l-ispettaklu kien hemm il-preżenza ta’ madwar miljun u sitt mitt elf persuna.

L-ewwel minn tliet spettakli ta’ logħob tan-nar fetaħ b’diversi murtali bil-kulur fuq l-Opera House u fuq Harbour Bridge.

Il-bidu tas-sena l-ġdida kienet ukoll iċċelebrata fl-Asja, fosthom, f’Hong Kong, fiċ-Ċina, fit-Tajwan u fil-Gappun.