Bħalissa għaddejja taqtigħa bejn Birkirkara u Floriana għall-akkwist tad-difensur Arġentin ta’ Qormi Mauricio Mazzetti.
Sat-Tnejn filgħaxija stess il-President ta’ Qormi Redino Apap fuq Replay Ikompli ħabbar li kienu tnejn il-klabbs li wrew interess f’dan il-plejer u li l-klabb kien lest ibiegħu jekk l-offerta tkun waħda interessanti.
Mazzetti, li għandu 28 sena, hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa difensuri barranin fil-kampjonat Malti bħalissa.
Hu kien ġie akkwistat minn Qormi fis-Sajf li għadda wara esperjenza li kellu ma’ Duhok SC fl-ogħla diviżjoni tal-Iraq.
Iktar aħbarijiet dwar ix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>