Internazzjonali Kurżitajiet

The Wolf of Wall Street u Frozen huma l-aktar żewġ films ikkupjati fl-2014

Għalkemm ma rebaħ ebda premju Oscar, il-film The Wolf of Wall Street kiseb ‘premju’ partikulari din is-sena.

Il-blockbuster ta’ Martin Scorsese kien l-aktar film ikkupjat din is-sena wara li ġie downloaded 30 miljun darba mindu ħareġ f’Diċembru tas-sena li għaddiet.

wolf of wall street

Il-film ta’ Disney, Frozen, spiċċa fit-tieni post b’29.9 miljun downloads, filwaqt li RoboCop ikklassifika fit-tielet post b’29.8 miljun download.

Iċ-ċifri nġabru minn Excipio, id-ditta forensika tal-IT bażata fil-Ġermanja, li timmonitorja ksur tal-copyright.

Għar-raġunijiet ta’ dan l-istudju, Excipio ġabar l-ismijiet tal-films mid-diversi files li ġew shared.

Għalkemm RoboCop kiseb it-tielet post tal-aktar film downloaded, id-ditta Excipio spjegat li ċ-ċifra hi taħlita tal-film oriġinali li ħareġ fl-1987, u r-remake ta’ din is-sena.

Aktar ‘il isfel fil-lista, il-film thriller bażat fl-ispazju Gravity ta’ Alfonso Cuarón, bis-sehem tal-atturi Sandra Bullock u George Clooney, ġie fir-raba’ post, wara li kien ġie downloaded illegalment 29.3 miljun darba.