Tneħħiet is-sospensjoni ta’ sitt xhur li kien ingħata l-kowċ ta’ Pieta’ Hotspurs Noel Coleiro mill-board tal-MFA, wara rapporti ta’ xi inċidenti li kien hemm bejnu u l-plejer ta’ Floriana Steve Pisani fit-tmiem l-partita bejn Pieta’ Hotspurs u Floriana.
Coleiro kien ittella’ quddiem il-Bord tad-Dixxiplina minħabba li allegatament ta daqqa ta’ ras lill-plejer ta’ Floriana Steve Pisani fi tmiem argument bejn it-tnejn. L-argument wassal ukoll biex eskala, bis-sehem ukoll ta’ diversi plejers oħra u uffiċjali miż-żewġ naħat.
L-inċident eskala tant li kellhom jintervjenu l-Pulizija biex tiġi kkalmata s-sitwazzjoni.
Coleiro appella din id-deċiżjoni u finalment is-sospensjoni tneħħiet. B’hekk Coleiro se jkun jista’ jmexxi t-tim tiegħu minn fuq il-bank nhar il-Ħadd li ġej kontra Sliema Wanderers.
Iktar aħbarijiet dwar ix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>