Terence Agius hu plejer ta’ Balzan wara li t-Tlieta filgħaxija hu ffirma l-kuntratt tiegħu mal-klabb.
Agius, li f’Jannar jagħlaq 21 sena, ilu jqajjem interess minn Balzan tant li fl-2013, Pieta rrifjutaw żewġ offerti biex jiksbu s-servizzi ta’ dan it-talent promittenti.
B’hekk Balzan akkwistaw it-tieni plejer fi ftit jiem, wara li kkonkludew u ppreżentaw ukoll lill-attakkant Montenegrin Bojan Kaljevic mingħand Mosta.
Din l-aħbar kienet żvelata fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>