It-Tazza tad-Dinja u l-battalja ta’ Michael Schumacher biex jirkupra minn ġrieħi f’moħħu, wara inċident tal-iskiing fl-2013, kienu l-aktar temi mfittxija fir-Renju unit matul din is-sena fuq is-sit Yahoo.
Skont il-Yahoo, dawn it-temi għelbu tfittxijiet, bħalma huma t-tnedija tal-iPhone il-ġdid u l-ġuri ta’ Oskar Pistorius
Il-kumpanija tal-internet analizzat biljuni ta’ tfittxijiet li saru permezz tal-Yahoo matul din is-sena sabiex inħadem r-rapport.
Fl-analiżi annwali tagħha tas-sena, il-Yahoo qal li t-Tazza tad-Dinja – bil-gowls kollha li ġew skorjati u l-inċident li fih Luis Suarez tal-Uruguay gidem lil Chiellini tal-Italja – kienu l-aktar mfittxija dwar il-futboll.
It-tnedija tal-iPhone 6 kiseb it-tielet post fit-tfittxijiet fuq l-internet, bil-prestazzjonijiet ta’ Manchester United isibu ruħhom fir-raba’ post.
L-aktar xejra li tissorprendi kienet fit-tfittxija għal persuni ta’ ċelebrita’, bil-preżentatriċi Susanna Reid ta’ Good Morning Britain, tegħleb lil Kim Kardashian, Cheryl Fernandez-Versini u Miley Cyrus li kienu fil-quċċata tat-tfittxijiet.
Jennifer Lawrence, li kienet fost diversi ċelebritajiet li spiċċaw vittma tal-hackers wara li rnexxielhom jiksbu aċċess għal ritratti intimi li kienu maħżuna fl-iCloud tal-Apple, kienet it-tieni l-aktar ċelebrita’ imfittxija, filwaqt li One Direction, il-koppja Beyonce u Jay-Z u Holly Willoughby ukoll sabu ruħhom fl-aqwa għaxra.
Il-Loom Bands u l-Ice Bucket ukoll ossessjonaw lill-pubbliku Ingliż. L-istorja Frozen ta’ Disney, li kisbet żewġ Oscars għall-aħjar film animat, u għall-aħjar kanzunetta, Let It Go kmieni din is-sena, ukoll sabet post fl-aktar temi mfittxija fuq l-internet.
Għaldaqstant l-aktar għaxar temi mfittxija fuq il-Yahoo din is-sena huma kif ġej:-
1. It-Tazza tad-Dinja fil-Brażil
2. Michael Schumacher
3. L-Apple iPhone 6
4. Manchester United
5. Arsenal
6. Celebrity Big Brother
7. Liverpool F.C.
8. Frozen ta’ Disney
9. It-titjira MH370
10. Id-Dukessa ta’ Cambridge
L-aktar ċelebritajiet imfittxija huma kif ġej:-
1. Susanna Reid
2. Jennifer Lawrence
3. Kim Kardashian u Kanye West
4. Katie Price
5. Cheryl Fernandez-Versini
6. Kelly Brook
7. Holly Willoughby
8. Beyonce u Jay-Z
9. One Direction
10. Miley Cyrus