F’ħidma kontinwa matul il-lejl li għadda f’diversi postijiet ta’ divertiment, il-Pulizija arrestat 19-il persuna wara li nstabu li kienu qed jabbużaw jew kienu fil-pussess ta’ sustanzi suspettati li huma droga.
Stqarrija tal-Pulizija tgħid li 16 mill-persuni arrestati kienu Maltin u t-tliet persuni l-oħra kienu ta’ nazzjonalita’ Franċiża, Ingliża u Rumena. L-eta’ tagħhom tvarja bejn is-17 u d-39 sena.
Huma nstabu fil-pussess ta’ sustanza suspettata kokaina, ecstasy, mephidrone u ħaxixa tal-kannabis. L-Istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.
//= $special ?>