Il-Litwanja bdiet l-2015 bħala d-19 il-pajjiż Ewropew li ssieħeb fl-ewro, bil-Prim Ministru Litwan, Algirdas Butkevicius, joħroġ l-ewwel karta tal-għaxar ewro minn cash machine fil-kapitali Vilnius, fost spettaklu ta’ logħob tan-nar.
B’hekk ukoll, il-Litwanja saret l-aħħar Repubblika tal-Baltiċi – wara l-Latvja u l-Estonja — li għamlet dan il-pass sinifikanti, bil-Gvern f’Vilnius jinsab ottimist li l-isħubija fl-ewro tixpruna t-tentattivi tiegħu lejn l-istabbilta.
Preżenti għaċ-ċerimonja tal-ewro, f’Vilnius, kien hemm ukoll uffiċjali mill-Estonja u l-Latvja — ir-Repubbliki Baltiċi l-oħrajn imsieħba fl-Unjoni Ewropea li snin ilu kienu jiffurmaw parti mill-Unjoni Sovjetika l-antika.
Min-naħa tiegħu, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Litwan, Vitas Vasiliauskas qal li t-tranżizzjoni ta’ pajjiżu għall-ewro imxiet mingħajr problemi.
//= $special ?>

