Il-Papa Franġisku, fl-ewwel diskors għall-2015, ħeġġeġ biex in-nies u l-kulturi li jħaddnu kull tip ta’ reliġjon jingħaqdu biex jiġġieldu kontra t-traffikar tal-bniedem u s-sistemi moderni tal-iskjavitu.
Hu insista b’dan fil-Bażilika ta’ San Pietru waqt l-ewwel Quddiesa tal-2015, u fejn qal li kulħadd għandu ‘d-dritt mogħti minn Alla’ li jgħix ħieles.
Is-servizz f’Ruma jimmarka l-Jum Dinji tal-Paċi tal-Knisja Kattolika, bit-tema għal din is-sena tibbaża fuq il-messaġġ: Daqshekk skjavi, iżda progress bħala aħwa lkoll.
‘Alla jrid li aħna lkoll ngħixu ħielsa u bħala uliedu, skont ir-responsabbiltajiet tagħhom’, qal il-Papa, li insista li ‘kulħadd għandu d-dmir li jikkumbatti l-forom tal-iskjavitu modern’.
Hu għaldaqstant appella biex ‘in-nies kollha, irrispettivament mill-kultura u r-reliġjon, jingħaqdu f’impenn wieħed biex dan id-dritt sagrosant ikun rispettat.
Aktar dettalji fil-ħarġa ta’ għada ta’ ‘In-Nazzjon’
//= $special ?>

