Fl-Afganistan talanqas 20 ċivili inqatlu waqt riċeviment ta’ tieġ, meta d-dar li kienu fiha, fil-provinċja ta’ Helmand, intlaqtet minn missila li ma kenitx diretta għalihom.
Il-maġġoranza tal-vittmi huma nisa u tfal u rriżultaw anki ħafna midruba. L-inċident seħħ waqt li kien għaddej il-ġlied qalil bejn is-suldati Afgani u l-militanti Iżlamiċi mal-grupp Taliban.
Ir-rapporti qalu li l-missila laqtet l-inħawi proprja f’ħin meta l-mistednin kienu qed iħejju biex joħorġu u jilqgħu lill-għarus u lill-għarusa.
Dan ukoll meta fl-aħħar sigħat spiċċaw il-missjonijiet għall-kumbattimenti tal-Istati Uniti u n-NATO fit-territorji Afgani.
//= $special ?>

