Lokali

Akkużat bil-qtil involontarju ta’ Matthew Meilak f’Għawdex

Żagħżugħ ta’ 22 sena minn San Gwann għadu kif tressaq il-Qorti akkużat bil-qtil involontarju ta’ Matthew Meilak f’dak li kien l-ewwel inċident fatali ta’ din is-sena u li seħħ fin-Nadur Għawdex.

Iż-żagħżugħ, Terrance Tanti ta’ 22 sena, ingħata l-liberta proviżorja fuq depozitu ta’ €1000 u garanzija perosnali ta’ €5000 wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi mressqa kontrih.

Fl-inċident fatali l-vittma spiċċa barra mill-vettura bl-impatt mad-daqqa mal-ħajt u abli fit-triq. Fil-karrozza kien hemm tliet persuni oħra.

L-akkużat kien qed isuq il-karrozza fil-ħin tal-incident u fil-qorti sostna li ma kienx qed isuq taht tal-influwenza tal-alkohol, li ma kienx qed isuq perikoluż u li ma kienx qed isuq b’nuqqas ta’ attenzjoni.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispteturi Frank Tabone u Bernard Spiteri