Il-media Għarbija qed tirrapporta li l-bdot mill-Ġordan, il-Logutenent Muadh al-Kaseasbeh ta’ 26 sena, aktarx inqatel mill-militanti tal-ISIS.
Jidher li l-bdot inqatel wara missjoni ta’ salvataġġ, imwettqa minn Forzi Speċjali Amerikani biex ikunu salvati miżmum mill-ISIS fis-Sirja, intemmew ħażin fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.
Wara r-rejd, il-media, din id-darba fil-Libanu, qalet li l-ISIS kienu ddeċidew li joqtlu lil al-Kaseasbeh bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.
Aktarx inqatel il-bdot mill-Ġordan
