Internazzjonali Kurżitajiet Mużika

Bono tal-U2 jista’ ma jdoqqhiex aktar il-kitarra fuq il-palk

Bono, il-frontman tal-grupp mużikali Irlandiz U2, żvela li hu jista’ ma jdoqqx il-kitarra wara li kiser idejh f’inċident bir-rota li kellu dan l-aħħar.

Bono ta’ 54 sena, kiser idejh u spalltu f’sitt postijiet, meta waqa’ minn fuq ir-rota fi New York f’Novembru.

Hu ġie operat f’intervent li dam ħames sigħat fl-Istati Uniti, liema operazzjoni involviet tliet plates tal-metall u 18-il vit tat-titanium imdeffsin fil-minkeb.

Bono kien mistenni li jikrupra minn din l-operazzjoni, iżda issa żvela li l-effetti fit-tul minn dan l-inċident u l-kirurġija jfissru li hu jista’ ma jdoqqx aktar il-kitarra fuq il-palk.

Iżda l-mużiċista, li hu aktar magħruf għall-vocals tiegħu, iċċajta li ftit se jkunu l-persuni li neċessarjament se jimmissjaw l-isforzi tiegħu.

F’ittra lill-ammiraturi tiegħu, u li ntbagħtet fuq il-websajt tal-band, Bono qal li qed jagħmel kull sforz biex jirkupra fiżikament minn dan l-inċident.