“Il-burokrazija u nuqqas ta’ flessibilita’ ragjonevoli huma ostakolu ieħor għas-settur agrikolu lokali, li ħafna drabi l-isfidi tiegħu jiġu injorati”
Dan qalitu l-MEP Therese Comodini Cachia matul laqgħat li kellha f’Għawdex ma’ għadd ta’ raħħala u proċessuri ta’ l-ikel Għawdxin.
Is-settur lokali agrikolu jinsab f’fażi ta’ tranżizzjoni wara li intemm din is-sena s-sapport finanzjarju maqbul mill-UE ta’ madwar miljun Ewro f’assistenza diretta lill-bdiewa, sabiex jipprovdi sapport fit-titjib tal-livell tal-prodott lokali u l-ftuħ għall-kompetizzjoni internazzjonali.
L-MEP Maltija saqsiet kemm fil-verita’ intlahaq l-iskop intiż mis-settur illum għaxar snin wara sħubija. Hija kompliet tistaqsi xi prijorita’ qed jingħata fi stadju sensittiv ta’ negozjati li għaddejjin bħalissa fuq skema ta’ sapport dirett sabiex jigi assenjat matul il-perjodu finanzjarju preżenti.
Dr. Comodini Cachia esprimiet tħassib fuq kwistjoni kurrenti li tirrigwardja it-ttikkettar tal-prodotti, fejn estenzjoni mitluba minn dawk involuti tidher li qed taqa’ fuq widnejn torox.
“Ma nistax nifhem kif dak mitlub huwa permess li jsir fl-Irlanda, fost pajjiżi oħra membri, iżda mhux Malta” saħqet Comodini Cachia; “aktar u aktar meta nafu li hemm €3 miljun fi spejjeż ta’ ippakkeggjar f’riskju li jiġu mormija”
hija żiedet tgħid.
Matul id-diskussjonijiet, l-MEP Maltija irreferiet għal investigazzjoni li qed issir bħalissa wara mistoqsija li hija għamlet lill-Kummissjoni Ewropea. Dan sar wara rapporti li tqajjmu fil-medja lokali fuq użu potenzjalment ħażin ta’ demel likwidu fuq art agrikola Maltija. Ta’ thassib prinċipali huwa r-riskju kkaġunat minn hekk, speċjalment fejn tidħol saħħa pubblika u ambjent; fattur li jista jikkawża tfixkil għall-promozzjoni ta’ prattiċi tajbin fil-biedja lokali.
“Din hija kwistjoni serja għax tikkoncerna s-saħħa tagħna l-konsumaturi. F’dan il-kuntest, li taħsel l-ucuħ tar-raba’ li tixtri mhux necessarjament tkun qed telimina ir-riskji”
qalet Therese Comodini Cachia.
F’każ li ċerta rziezet ma jkunux konformi ma’ dak provdut fil-Programm t’ Azzjoni Nazzjonali għall-Agrikoltura, l-awtoritajiet Maltin ikunu responsabbli li jinfurzaw il-liġi; xi ħaġa li issa hija suġġetta għall-iskrutinju tal-Kummissjoni Ewropea.
//= $special ?>