Żewġ żgħażagħ għażlu li jqattgħu l-ewwel tas-sena b’mod mhux tas-soltu; iduru t-toroq tal-Gżira jisirqu l-affarijiet tal-Milied minn residenzi privati.
F’filmat li ttella’ fuq Facebook iż-żgħażagħ, li diġa’ kienu qed iġorru snowman misruq minn post ieħor, jidhru jiftħu l-grada ta’ residenza privata oħra minn fejn serqu wkoll bambin u anġlu.
Qraba tal-familja misruqa qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubblika biex għallinqas jiġi rritornat il-bambin, li minkejja li m’għandux valur ta’ flus, għandu valur sentimentali.
Dan għaliex bint il-koppja misruqa spjegat li dan il-bambin kien tan-nanniet tagħha, li m’għadomx magħna.
//= $special ?>