Jean-Yves Le Drian, il-Ministru għad-Difiża ta’ Franza għamel żjara sorpriża fit-Tramuntana tan-Niġer, biex segwa x-xogħol li qed isir fuq bażi li qed tinbena sabiex ikun miġġieled l-influss ta’ armi u ġiħadisti mil-Libja.
Madama tinsab fuq ir-rotta mill-ġiħadisti u kutrabandisti tal-armi fin-Nofsinhar tal-Libja sabiex jilħqu fit-Tramuntana tal-Mali u tan-Niġer.
F’indirizz lil suldati Franċiżi fil-kapitali taċ-Ċad, N’Djamena, Le Drian appella lill-komunità internazzjonali biex taġixxi u tipprevjeni lil-Libja milli tkun “santwarju għat-terroristi”.
Mistoqsi dwar il-possibbiltà ta’ xi intervent militari ieħor fil-Libja, bħalma qed jitolbu wħud mill-pajjiżi ġirien fosthom iċ-Ċad, Le Drian insista dwar il-ħtieġa ta’ soluzzjoni politika.
“Irridu l-ewwel insibu roadmap dinjija dwar il-Libja,” qal Le Drian.
Madama se sservi bħala bażi għal ħidmiet militari Franċiżi kontra t-terroriżmu fir-reġjun tas-Saħel.
Il-militar Franċiż fl-2013 elimina gruppi Iżlamiċi radikali minn partijiet kbar tat-Tramuntana tal-Mali. Imbagħad f’Awwissu tas-sena l-oħra, il-ħidma militari fil-Mali fetħet it-triq għal missjoni aktar wiesgħa u reġjonali bl-isem ta’ ‘Operation Barkhane’.
Aktar fil-ħarġa ta’ IN-NAZZJON ta’ għada u f’NET NEWS illejla
//= $special ?>