Ekonomija Internazzjonali

Il-prezz taż-żejt jibqa’ baxx

Il-prezz taż-żejt mhux maħdum Brent reġa’ niżel ‘il isfel minn $56-il barmil, hekk kif it-talba baqgħet waħda baxxa u l-produtturi ewlenin ma naqsux il-produzzjoni.

Iż-żejt jinsab fl-orħos livell f’dawn l-aħħar ħames snin, hekk kif l-akbar esportatur, l-Arabja Sawdita, u produtturi kbar oħrajn fl-OPEC, il-grupp ta’ pajjiżi esportaturi taż-żejt, iddeċidew li ma jnaqqsux il-produzzjoni fid-dawl ta’ produzzjoni.

Kien hemm indikazzjonijiet li l-prezz taż-żejt jista’ jibda jerġa tiela’ l-fuq imma dan ma seħħx fil-bidu tal-2015. Analisti qalu li b’ebda indikazzjoni li se jkun hemm qtugħ fil-produzzjoni taż-żejt għas-sitt xhur li ġejjin u ebda indikazzjoni li se jkun hawn xi talba kbira għaż-żejt, il-prezz baxx taż-żejt, għall-anqas taħt il-100 dollaru hi xi ħaġa li se tibqa’ għal diversi snin.