Futbol Sport

In-nuqqas ta’ qbil bejn il-PM Muscat u l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici fuq Sky News

In-nuqqas ta’ qbil fl-opinjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici dwar il-każ tal-plejer Ched Evans, plejer li kien instab ħati ta’ stupru u li allegatament kien offrut kuntratt mill-klabb tal-Premier f’malta Hibernians, spiċċat aħbar ewlenija fuq Sky News.

Filfatt jekk wieħed isegwi Sky News isib li dan l-istazzjon ewlieni fir-Renju Unit qed jirraporta bi prominenza kif il-kwistjonid war dan il-plejer u l-possibilita’ li jiġi f’pajjiżna ħarġet fil-beraħ in-nuqqas ta’ qbil fl-opinjionijiet dwar dan il-każ.

Dan għaliex il-Prim Ministru Joseph Muscat fuq Twitter qal: “Il-footballers huma role models. Id-deċiżjoni ta’ Hibernians se tolqot kemm lil Hibernians stess u sa ċertu punt anke’ lil Malta. Nittama li l-management tal-klabbs jifhem sew dan qabel tittieħed deċiżjoni.”

PM

Minn naħa l-oħra mhux tal-istess fehma l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici li fuq Twitter kiteb hekk: “Il-plejer professjonali Ched Evans għandu jingħata t-tieni ċans. M’għandniex nitkellmu biss fuq riabilitazzjoni ta’ eks-priġunieri, imma għandna wkoll nipprattikaw dak li ngħidu.”

Owen Bonnici

Dwar dan il-każ tkellmet ukoll id-Deputat Laburista Marlene Farrugia, li fuq Facebook staqsiet: “Jaqaw se nibdew din is-sena?”

Ched Evans

Iktar kmieni: Ched Evans, l-eks plejer ta’ Sheffield United u tat-tim nazzjonali ta’ Wales li allegatament ġie offrut kuntratt minn Hibernians, il-klabb li jinsab fil-quċċata tal-Kampjonat Premier Malti, ma jistax jaħdem barra mir-Renju Unit.

Dan għaliex Ched Evans kien instab ħati ta’ stupru fl-2012 u nħeles mill-ħabs f’Ottubru li għadda wara sentejn u nofs. Madankollu l-ebda klabb Ingliż ma riedu lura miegħu minħabba l-passat tiegħu.

Fi stqarrija, il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Renju Unit li tgħid: “L-uffiċjali tal-probation iridu jagħtu permess lil persuni li jkunu għamlu reati relatati mas-sess biex jaċċettaw xogħlijiet ġodda, u dan jinkludi li jkollhom laqgħat wiċċ imb’wiċċ fuq bażi regolari – dan effettivament jeskludi xogħol barra mill-pajjiż.”

Iktar kmieni, Ranier Bezzina, it-tifel tal-President tal-klabb, Tony Bezzina f’kummenti esklussivi lil Replay (Net Television) qal li
“f’dan l-istadju kollox hu spekulazzjoni.”

Fil-kummenti tiegħu Ranier Bezzina qal hekk: “M’hemm xejn konfermat. F’dan l-istadju kollox hu spekulazzjoni. Lanqas biss konna aħna li għamilna t-talba għall-plejer, pjuttost kien Ched Evans li pprova jara jekk hawnx opportunitajiet f’Malta. L-Eżekuttiv ta’ Hibernians għadu lanqas ha deċiżjoni dwar dan it-trasferiment.’

Segretarjat Ministeru

Tkellem ukoll kelliem għal Evans, li qal li “kien hemm numru ta’ stejjer foloz, u stejjer li Ched ma jaf xejn dawrhom. Din hi waħda minnhom.”

L-istorja bdiet wara li f’intervista lil siti tal-aħbarijiet internazzjonali, l-uffiċjal ta’ Hibernians Jeffrey Farrugia żvela li l-klabb diġa’ tkellem mal-aġent tal-plejer u offrielu kuntratt sa tmiem l-istaġun.

Intant il-Viċi President ta’ Valletta Alex Fenech fuq Facebook appoġġja d-deċiżjoni tat-Team Manager ta’ Hibernians Jeffrey Farrugia li l-klabb iġib f’Malta lil Ched Evans.

Jgħid li kulħadd ħaqqu t-tieni ċans.

Segretarjat Ministeru

Wara l-Viċi President Alex Fenech, tkellem ukoll l-istatus tat-Team Manager ta’ Valletta Jerry Ellul b’appoġġ għad-deċiżjoni tat-Team Manager ta’ Hibernians Jeffrey Farrugia li l-klabb iġib f’Malta lil Ched Evans.

Segretarjat Ministeru

Lil’hinn mill-passat kriminali tiegħu, Ched Evans lagħab għal diversi klabbs ewlenin fl-Ingilterra fosthom Manchester City, Norwich City u Sheffield United fejn skurja 42 gowl f’103 partita.

Mat-tim nazzjonali ta’ Wales, Evans lagħab kemm mal-iskwadra ta’ taħt id-19-il sena, taħt il-21 sena fejn skurja 13-il gowl fi 13-il partita, kif ukoll mal-iskwadra ewlenija.

Intant din l-istorja se tkun punt tad-diskussjoni kemm fil-programm Replay, li jixxandar għada l-Ħadd fl-21:40, kif ukoll waqt newsfeed ta’ nhar it-Tnejn li ġej fis-19:00, dejjem fuq Net Television.