Ingliż ta’ 35 sena ġie mixli quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera li fl-ewwel tas-sena ħebb u hedded li joqtol żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija. Hu qed ikun akkużat wkoll li naqas li jobdi l-ordnijiet leġittimi tagħhom, li kiser il-paċi pubblika u dan meta kien fis-sakra.
Matthew Stephen Douglas-Fryer, residenti San Ġiljan wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Fil-Qorti ħareġ wkoll li l-Ħamis għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart l-akkużat qala’ xeba’ u ġie aggredit minn tliet irġiel.
Id-difiża argumentat li waqt li l-akkuzat kien qed jigi msawwat, wieħed mill-aggressuri kisser flixkun tal-birra fuqu, u spiċċa wkoll biex weġġa’. Fil-Qorti ħareġ wkoll li minkejja li kienu mgħajjta tmien Pulizija biex jippruvaw jikkalmaw is-sitwazzjoni, fil-ħin li l-akkużat kien qed jiġi aggredit, ma saru l-ebda arresti.
Id-difiża qed tgħid wkoll li l-Ingliż kien urtat għall-fatt li l-aggressuri ma kinux arrestati. Huwa mifhum li huwa sar aggressiv meta l-Pulizija qalulu biex jistenna wara min imissu biex jagħmel ir-rapport li kellu jagħmel.
Waqt l-argument, li matulu weġġgħu ħafif żewġ Pulizizja l-akkużat allegatament qal lill-Pulizija, “Noqtolkom kollha”.
L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Hu ngħata l-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,000. Il-Qorti ordnat ukoll biex jiġi appuntat tabib biex jeżamina l-ġrieħi li ġarrab l-akkużat.
L-Ispettur Elton Taliana mexxa l-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>