Forma qerrieda tal-pillola ecstasy tista’ tkun fit-triq hekk kif xi persuni li offrew id-drogi fl-aħħar ġimgħat qed ikunu mħeġġa biex jgħinu dwar il-kwalita’ tagħhom.
Tliet persuni mietu u persuna oħra tinsab għall-kura fl-isptar hekk kif il-pulizija qed tavża dwar “kunsinna perikoluża ta’ drogi” – x’aktarx li huma ecstasy.
Il-pillola kienet deskritta bħala waħda ħamra bis-simbolu ‘S’ ta’ Superman
Żagħzugħ fuq l-20 sena miet fl-għodwa tal-Ewwel tas-Sena wara li kien ħassu ħażin ħafna f’Rendlesham, f’Suffolk. Paramediċi abbord ambulanzi taw il-kura lil żewġt irġiel oħra fi Provan Court, f’Ipswich. Wieħed miet fil-post, u l-ieħor twassal għall-kura fl-isptar fejn instab li kien f’qagħda kritika. It-tieni persuna, li mietet, kellha fuq l-20 sena.
Skont il-pulizija f’Ipwich, it-tliet żgħażagħ ħadu pillola li huma jaħsbu li kienet ecstasy; iż-żgħażagħ fissru l-pillola bħala waħda ħamra u triangulari bis-simbolu ‘S’ ta’ Superman.
//= $special ?>