Internazzjonali

L-ISIS qed juża bombi bl-iskorpjuni biex inissel biża’ fost l-għedewwa tiegħu

Militanti li qed jiġġieldu għall-ISIS fl-Iraq għadhom kif żvelaw l-aħħar tattika tat-terrur – bombi li jinkludu mijiet ta’ skorpjuni ħajjin sabiex jifirxu l-biża’ fost l-għedewwa tagħhom.

Splussivi mimlijin varjetajiet velenużi ta’ skorpjuni qed jiġu sploduti fi bliet u f’villaġġi li jagħmlu ħsara tremenda mal-impatt, b’riżultat li mbagħad iferrxu l-iskorpjuni u joħolqu l-paniku fost il-popolazzjoni lokali innoċenti.

Għalkemm il-bombi bl-iskorpjuni jidhru qishom minn xi film modern tal-orrur, din it-tattika tmur lura eluf ta’ snin u kienet użata għall-ewwel darba mill-Iraqini meta ġġieldu kontra l-Imperu Ruman.