Internazzjonali Kurżitajiet

Mhux permessa ż-żamma tal-idejn fl-Emirati Għarab Magħquda

Ħaddiema fl-ambaxxata Ingliża fl-Emirati Għarab Magħquda nidew tagħrif fuq il-media sabiex javażaw lil ċittadini Ingliżi li bi ħsiebhom jiċċelebraw il-Milied fil-pajjiż soċjalment konservattiv kontra x-xorb u ż-żamma tal-idejn fil-pubbliku.

Ħaddiema fl-ambaxxati fl-Emirati Għarab Magħquda diġa’ bdew jibagħtu pariri dwar vjaġġar għal dawk li se jkunu qed iżuru l-pajjiżi fil-Golf, permezz ta’ poeżija klassika.

Il-poeżija bdiet tkun pubblikata biċċa, biċċa mill-14 ta’Diċembru sat-22 ta’ Diċembru fuq kontijiet ta’ Facebook u Twitter imħaddmna mill-missjonijiet diplomatiċi Ingliżi.