Qaleb għall-aħjar Miguel Camilleri, iż-żagħżugħ minn San Ġwann li kien wieħed mill-passiġġieri fil-Peugeot 106 misjuqa minn żagħżugħ ieħor, Terrance Tanti, li għall-ħabta tal-3.45 a.m. tal-Ewwel tas-Sena tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel ġo ħajt u wara f’arblu tad-dawl.
F’dan l-inċident tilef ħajtu Matthew Meilak, żagħżugħ ta’ 22 sena mis-Swieqi filwaqt li ż-żgħażagħ Edward James Cole minn Tas-Sliema u Alexander Scerri Herrera minn San Ġwann ma sofrew l-ebda ġrieħi.
Miguel kellu jinħareġ mill-karozza wara ħidma tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivil minħabba li l-karozza kellha ħsarat konsiderevoli bil-konsegwenza li hu kien maqbud ġewwa.
Fi status fuq Facebook, il-kuġina ta’ Miguel, Becky Camilleri, qalet li l-familja tixtieq tavża li ħuha jinsab f’qagħda stabbli. Filfatt l-istess żagħżugħ ikkummenta u rringrazzja lil dawk kollha li kienu qed jawgurawlu l-fejqan ta’ malajr.
Ritratt: Miguel Camilleri flimkien mal-vittma tal-inċident traġiku, Matthew Meilak.
//= $special ?>