Fi Florida fl-Istati Uniti, żagħżugħ li jbati minn mard mentali qata’ ras ommu b’mannara lejlet l-Ewwel tas-Sena għax iddejjaq bit-tgergir tagħha.
L-awtoritajiet Amerikani qalu li Christian Jose Gomez, ta’ 23 sena, kien arrestat u mixli b’omiċidju wara li ammetta li qatel lil ommu, Maria-Suarez-Cassagne.
Il-Pulizija fil-belt ta’ Oldsmar marret fid-dar tal-mara wara li qarib tal-familja ċempel u qal li Gomez “kien qata’ ras Cassagne,” sostna l-Uffiċċju tax-Sheriff.
Iż-żagħżugħ imbagħad waddab il-katavru ta’ ommu qrib il-kontenituri tal-iskart tad-dar u sparixxa fuq rota sakemm il-Pulizija rnexxielha taqbdu.
“Hu sempliċement ħalla l-katavru hemmhekk, qrib kontenitur tal-iskart, mar fil-garaxx, u pprova jnaddaf ix-xena tad-delitt,” qal ix-Sheriff Bob Gualtieri mill-kontea Pinellas.
Qata’ ras ommu għax dejqitu tgerger
