Ftit tal-ħin ilu raġel waqa’ 3 sulari waqt li kien fuq bus stop.
Maltarightnow.com jinsab infurmat li r-raġel waqa’ m’għola tliet sulari waqt li kien qiegħed fuq il-bus stop f’ San Ġużepp tat-Tarġa, limiti tal-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:00 ta’ filgħaxija.
Fuq il-post waslu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll l-ambulanza biex jassistu lir-raġel.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Aktar dettalji kif jaslulna …
//= $special ?>