Qarrej ta’ MaltaRightNow bagħat ritratt li juri l-ikla l-ġdida li bdiet tingħata waqt titjiriet fuq l-ajruplani tal-Air Malta mill-1 ta’ Jannar.
Fl-aħħar ġimgħat tħabbar li l-passiġġiera tal-‘economy class’ se jkunu qed jingħataw “nofs litru ilma u baguette”. Ikel u xorb ieħor, inkluż kafe’, ikun irid jinxtara.
Din id-deċiżjoni, li biha l-Air Malta se tkun qed tiffranka ħafna flus, qanqlet tgergir minn ħafna nies li jivjaġġaw ta’ spiss mal-Air Malta.
Intant, tħabbar ukoll li l-Union li tirrappreżenta lill-membri tal-ekwipaġġ tal-Air Malta irreġistrat tilwima industrijali mal-Air Malta li se tara lill-‘cabin crew’ iservu l-ilma u l-baguette, iżda mhux se joffru t-‘trolley service’ bl-ikel u x-xorb l-ieħor li l-passiġġieri jistgħu jixtru.
Dan peress li l-membri tal-ekwipaġġ ġew mgħarrfa li anke’ huma bħala ikla se jingħataw ‘baguette u flixkin ilma’. Ġew mgħarrfa wkoll li jekk iridu jieklu aktar minn hekk, setgħu jieħdu magħhom mid-dar.
Ritratt: Sa’ qabel l-1 ta’ Jannar, ikla fuq l-Air Malta għall-passiġġieri ‘Economy’ kienet tinkludi platt ikel, ħobż, deżerta, ilma jew xarba preferita u kafe’ jew te. Issa, l-ikla tikkonsisti minn ‘baguette’ u flixkun ilma.
//= $special ?>