Fi stqarrija dalgħodu l-pulizija ħabbru li t-tfittxija għal karozza li allegatament kienet waqgħet fil-baħar fil-port ta’ Marsamxett kienet ġiet sospiża wara li stħarriġ ulterjuri li sar ġie stabilit li l-ebda vettura ma waqgħet il-baħar.
Aktar kmieni…
It-tfixxija għall-karozza ġiet sospiża minħabba l-maltemp.
It-tfittxija bdiet għall-ħabta tas-14:30 ta’ wara nofsinhar wara li waslu xi rapporti li jista jkun li karozza waqgħet il-baħar f’Marsamxett.
Fuq il-post immedjatament waslu membri tal-korp tal-Pulizija kif ukoll uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li bdew operazzjoni biex ifittxu l-vettura.
Preżenti hemm ukoll l-Explosives Ordnance Disposal tal-AFM, helikopter u għaddasa.
//= $special ?>