Ħadd ma weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija f’Tal-Pieta. Għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza bil-konsegwenza li skiddja u ħabat ma’ karozza ipparkjata fil-Pieta’.
L-inċident seħħ fl-ewwel jum tas-sena għall-ħabta tas-18:30 ta’ filgħaxija, fi Triq il-Marina il-Pieta.
Mill-infomazzjoni li għandu dan is-sit jidher li dan mhux l-ewwel inċident li seħħ f’dan l-istess post li hu kkunsidrat bħala post perikoluż għat-traffiku. Minkejja dan fiż-żona mhemmx sinjali tat-traffiku li jindikaw dan il-periklu.
//= $special ?>