Lokali

Ċiklist ta’ 77 sena jindarab gravi wara inċident ma’ Ford Escort

habta
Incident

Ċiklist ta’ 77 sena u residenti Marsascala il-bieraħ safa midrub wara li laqat karozza tat-tip Ford Escort li kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 55 sena mill-Qrendi.

L-inċident seħħ il-bieraħ fit-tlieta u nofs ta’ wara nofs in-nhar fi Triq il-Karwija, f’Ħal Kirkop.

Ambulanza ħadet liċ-ċiklist l-isptar Mater Dei fejn ġie ċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.