Lokali

Filmat: Jisraq handbag minn bar lejliet l-Ewwel tas-Sena

Immaġinak tibda l-Ewwel tas-Sena bl-oġġetti personali tiegħek misruqa. Hekk ġara lil tfajla li f’lejliet l-ewwel tas-sena kienet qed tiċċelebra u tqatta’ ftit tal-ħin għall-kwiet mar-raġel tagħha f’bar fi Strada Stretta, fil-Belt Valletta.

Waqt li kulħadd kien aljenat jiddeverti, raġel li s’issa ma ġiex identifikat ħataf il-handbag ta’ din il-mara u telaq bih.

Fuq Facebook, ir-raġel tal-mara li sfat vittma ta’ din is-serqa tella’ filmati tas-sigurta’ tal-bar li kienu fih u talab lill-pubbliku biex jgħaddi kull informazzjoni li tista’ tkun utli biex ir-raġel li seraq il-handbag ikun identifikat u jitressaq għall-ġustizzja.