Filmat li ttella’ fuq Facebook juri periklu fit-triq ewlenija li tgħaqqad il-Wied tas-Swieqi ma’ San Ġwann, fejn il-karozzi qed ikollhom isuqu f’nofs ta’ triq jew jiksru minn naħa għall-oħra tat-triq biex jevitaw il-ħofor fondi.
Fil-filmat jidher kif anke’ fil-kantunieri, il-karozzi qed jibqgħu jsuqu f’nofs ta’ triq, bil-konsegwenza li jsibu ma’ wiċċhom karozzi ġejjin mid-direzzjoni opposta.
F’ħin minnhom, is-sewwieq tal-karozza li minnha kien qed jinġibed il-filmat isuq lejn il-ġenb tat-triq minħabba karozza ġejja mit-triq opposta, bil-konsegwenza li l-karozza qabdet ħofra fonda.
//= $special ?>