L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed tinvestiga rapporti li militanti tal-ISIS daħlu għall-kura fi sptar għax jista’ jkun li ġew infettati bl-Ebola.
Skont il-media internazzjonali, diversi militanti li wrew sinjali tal-marda, daħlu fi sptar fil-belt ta’ Mosul okkupata mill-ISIS, xi 250 mil fit-Tramuntana ta’ Bagdad.
Filwaqt li r-rapporti, minn sorsi Kurdi u oħrajn favur l-Iraq, jibqgħu mhux konfermati, Christy Feig, kelliem għall-WHO, qal li l-grupp qed jipprova jilħaq xi uffiċjali f’zoni li huma taħt il-kontroll tal-ISIS, għall-għajnuna.
Ħaddiema tan-Nazzjonijiet Uniti bħalissa huma mċaħħda milli jidħlu f’zoni kkontrollati mill-ISIS, kemm fl-Iraq kif ukoll fis-Sirja, u allura hu improbabbli li setgħet twettqet xi operazzjoni fir-reġjun.
//= $special ?>