Lokali

Għal dan l-ikel….tkeċċew 45 ħaddiem!

Il-kontroversja dwar l-‘ikla’ l-ġdida li qegħda toffri l-Air Malta fuq it-titjiriet tagħha lill-passiġieri Economy Class kompla jattira aktar kritika. Qarrej ta’ MaltaRightNow.com bgħatila ritratt tal-baguette li huwa ngħata abbord titjira tal-Air Malta. Ritratt li juri kif il-baguette ma’ kienetx akbar minn biro fit-tul u li min ġewwa kien fiha biss didlika butir mħawwar.

Ir-ritratt li jidher hawn wasal l-għada li ġie kkonfermat li l-kumpanija Sky Gourmet Ltd li tagħmel l-ikel tal-Air Malta, u li għalhekk rat tnaqqis drastiku fix-xogħol minħabba d-deċiżjoni tal-Air Malta, kienet tgħat is-sensja lil 45 ħaddiem. Sensji li jidher li huma konsegwenza diretta tat-tnaqqis fix-xogħol li tagħmel Sky Gourmet Ltd.