Ambjent Lokali

Il-Malta Cat Club ser jorganizza s-sittax il-wirja ta’ qtates ġewwa Malta

Il-Malta Cat Club se jorganizza s-sittax il-wirja ta’ qtates ġewwa l-lukanda Corinthia Palace f’Ħ’Attard nhar is Sibt 17 ta Jannar bejn is 2pm – 5pm u il-Ħadd 18 ta Jannar bejn il 11am – 5pm.

L-avveniment ser ikun TICA International Championship u kif ukoll wirja ta qtates domestiċi. Il-ġurati se jkunu mill-Kanada u mir-Renju Unit.

It-tema se tkun dik ta ‘Hello Kitty’ li se jinkludi numru ta shows differenti u Fun Classes għall-qtates fosthom Best Hello Kitty Cat, Best Soft Toy u Best Eye Colour.

Il-Malta Cat Club li huwa l-unika NGO Cat Club irreġistrat hawn Malta ser ikun qed jagħti informazzjoni edukattiva dwar razzez differenti ta qtates.

Ghall din il wirja ser ikun hemm esebituri mill-Ġermanja, mill-Italia u mill-Ingilterra li se jkunu qed jikkompetu mal-Maltin.

Waqt il-wirja se jinġabru donazzjonijiet għall-żewġ santwarji fill-bżonn; Tomasina u Animal Care Rescue

F’din il-wirja ser ikun hemm il parteċipazzjoni tal- Malta Reptiles, Fridericus Rex Malta Falconers u assoċazzjoni tal-Inġiniera tal-mudelli kif ukoll Face Painting għat-tfal.