Lokali

Il-Mument għada b’bosta stejjer

Fil-ħarġa tal-gazzeta il-Mument ta’ għada se jkunu żvelati aktar dettalji dwar it-tmiem tal-impjieg ta’ numru sostanzjali ta’ ħaddiema riżultat ta’ deċiżjoni tal-kumpanija nazzjonali tal-ajru l-Air Malta li tbiddel drastikament l-ikel u x-xorb li jkun servut waqt it-titjiriet tagħha kemm lill-passiġġieri kif ukoll lill-membri tal-ekwipaġġ.

Filwaqt li l-prezz internazzjonali taż-żejt qiegħed ikompli jonqos u jilħaq l-aktar livelli baxxi fl-aħħar snin, f’Malta l-konsumaturi kif ukoll in-negozjanti qegħdin iħallsu prezzijiet ferm għolja għall-fuel. Il-Mument għada bi storja dwar kif jaħsbu numru ta’ imsieħba soċjali dwar din il-problema li qed tolqot il-kompetittivita ta’ Malta kif ukoll l-għoli tal-ħajja.

Il-Mument fil-ħarġa ta’ għada b’mod esklussiv se tiżvela l-iżviluppi li qed iseħħu f’Malta b’rabta mal-kriżi fil-Libja b’suspetti serji fuq ċittadini Għarab li qegħdin jidħlu Malta.