“Il-virus qerried tal-Ebola se jintemm din is-sena”. Dan qalu l-kap ta’ tim tan-Nazzjonijiet Uniti li temm it-tmexxija tiegħu fil-ġlieda kontra l-marda.
Anthony Banbury qal li n-numru ta’ każi tal-Ebola se jitniżżel għal żero f’għeluq is-sena, iżda ammetta li t-tmiem “għadu mhux fil-qrib”.
Il-virus s’issa ħasad il-ħajja ta’ kważi 8,000 persuna, l-aktar minn Sierra Leone, mil-Liberia u mill-Guinea.
Kmieni fin il-ġimgħa, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li n-numru ta’ persuni infettati bil-virus fil-Liberia, fi Sierra Leone u fil-Guinea, qabeż l-20,000.
//= $special ?>