Internazzjonali

Imut qabel ma għadda ġuri fl-Istati Uniti

Allegat mexxej ta’ al-Qaeda miet jiem biss qabel ma kellu jgħaddi ġuri fi New York, dwar l-attakki li kienu saru fuq l-Ambaxxata Amerikana fl-Afrika fl-1998.

Abu Anas al-Liby, li kellu 50 sena, miet fl-isptar ilbieraħ wara kumplikazzjoniet minn operazzjoni li saritlu fil-fwied.

Al-Liby kien inħataf f’rejd li sar minn qawwiet Amerikani fi Tripli f’Ottubru 2013.

Hu kellu jgħaddi ġuri fit-12 ta’ Jannar minħabba l-attakki fuq l-ambaxxata fl-1998, fejn kienu nqatlu aktar minn 220 persuna fil-Kenja u fit-Tanżanija.