It-tfittxija għal fdalijiet tat-titjira QZ8501 tal-AirAsia mill-Indoneżja sa Singapore u li fuqha kien hemm 162 persuna ħadet pass il-quddiem hekk kif uffiċċjali mill-Indoneżja rrapurtaw li kienu nstabu żewġ affarijiet kbar fil-baħar ta’ Java.
Bambang Soelistyo li qiegħed imexxi l-operazzjoni ta’ tiftix qal li vettura speċjaliżata ser tintuża sabiex jittieħdu ritratti tal-fdalijiet għalkemm l-operazzjoni ta’ tiftix għadha qed tiffaċja l-isfida ta’ temp qalil.
S’issa nstabu 30 katavru għalkemm huwa maħsub li l-maġġoranza assoluta tal-katavri jinstabu fl-ajruplan innifsu li s’issa jidher li għadu f’qiegħ il-baħar.
//= $special ?>

