Lokali Saħħa

Jispiċċa fuq stretcher fil-kuritur wara seba’ sigħat jistenna

Wara seba’ sigħat jistennew fl-emerġenza, pazjent spiċċa mitfugħ fuq stretcher fil-kuritur tal-Pedjatrija tal-Isptar Mater Dei.

“Ma sabulu l-ebda spazju fl-ebda ward. Issa qiegħed f’kuritur, il-pediatric corridor. Hemm nuqqas kbir ta’ kumdita’. Qiegħed fuq bħal speċi stretcher.

Skumdita’ mhux biss għall-pazjent, li lanqas biss tawh imħadda, imma wkoll għall-qraba.

“Lanqas imħadda ma setgħu ituh u min imur jarah m’għandu mkien fejn joqgħod, lanqas fejn joqgħod siġġu.

Skumdita’, fejn il-qraba lanqas għandhom fejn ipoġġu maġenb il-qraba tagħhom, u mingħajr l-ebda privatezza.”