Internazzjonali

Jittellgħu oġġetti kbar mill-ajruplan tal-AirAsia

Timijiet tat-tiftix li qed ifittxu fil-Bahar ta’ Java għal fdalijiet mill-ajruplan tal-AirAsia, sabu erba’ oġġetti kbar.

Il-kap tal-aġenzija għat-tiftix u s-salvataġġ qal li vettura speċjalizzata tniżżlet taħt il-baħar biex tiġbed ir-ritratti.

Sadattant, l-awtoritajiet Indonesjani qal li l-maltemp kien l-akbar fattur li wassal għat-tiġrif. L-ajruplan sparixxa b’162 persuna abbord waqt titjira minn Surabaya fl-Indonesja sa Singapore nhar il-Ħadd li għadda. S’issa nstabu 30 katavru u ebda persuna ma nstabet ħajja, filwaqt li s-sezzjonijiet prinċipali tal-Airbus A320 għadhom ma nstabux. Qed jingħad li l-maġġoranza tal-katavri nqabdu fuq ġewwa tal-ajruplan.