Avukat Amerikan, li qed ikun allegat li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ persuna minuri, ċaħad l-akkużi u qal li allegazzjonijiet kontra l-Prinċep Andrew tal-Ingilterra wkoll għandhom jitqiesu bħala foloz.
L-avukat Alan Dershowitz stqarr li l-mara li qed tagħmel dawn l-akkużi m’għandhiex titwemmen. Hu u d-Duka ta’ York issemmew f’dokumenti preżentati f’qorti fi Florida dwar kif il-prosekuturi trattaw każ kontra n-negozjant Jeffrey Epstein.
Il-mara qed tallega li hi kienet sfurzata minn Epstein biex ikollha x’taqsam sesswalment mal-Princep Andrew – akkużi li ġew miċħuda minn Buckingham Palace.
Hi qed tgħid li l-abbużi saru meta hi kienet taħt l-eta’, fi tliet okkażjonijiet – f’Londra, fi New York u fi gżira privata fil-Karibew li tagħha Epstein hu s-sid – bejn l-1999 u l-2002.
//= $special ?>