Sqalli ta’ 20 sena ammetta quddiem il-Maġistrat Miriam Hayman li huwa ħa miegħu tfajla Maltija, li hija taħt l-eta’, u li għandha 16-il sena u li pparteċipa f’atttivitajiet sesswali magħha. Christian Marchischiana minn Gela, ammetta li wettaq dan ir-reat lejliet l-ewwel tas-sena.
Kienet omm il-minuri li għamlet rapport lill-Pulizija fejn din allegat li bintha kienet stuprata. Minn eżamijiet li sar fl-isptar Mater Dei irriżulta li l-vittma ma kienitx stuprata, u li s-sess li sar bejn il-koppja kien wieħed konsenswali.
Mill-provi rriżulta wkoll li meta l-Pulizija marru fil-kamra tal-lukanda ta’ li Sqalli, instabet ukoll ir-reżina tal-kannabis. Fil-fatt Guiseppe Castarelli ta’ 21 sena u Orazio Cascino ta’ 22 sena, li huma wkoll minn Gela, kienu mixlijin b’pusses ta’ droga, fil-kamra tal-lukanda li kienu fiha Marchisschiana u t-tfajla Maltija.
Fil-konfront tal-Isqalli li pparteċipa li wettaq attivitajiet sesswali mat-tfajla Maltija, dan kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin filwaqt li l-Isqallin żgħażagħ l-oħra li ammettew li kienu fil-pusses tal-kannabis, kienu lliberati bil-kundizzjoni li ma jwettqux reat ieħor fi żmien sentejn.
//= $special ?>