Mara ġiet ordnata minn Qorti fil-Punent tal-Awstralja biex tħallas $12,500 f’danni lill-eks raġel tagħha wara li nstab li hi mmalafamatu fuq Facebook.
F’Diċembru tal-2012, dehret post fuq il-media soċjali ta’ Robyn Greeuw li qal li hi “kienet isseparat minn Miro Dabrowski wara 18-il sena ta’ vjolenza domestika u abbuż. “Issa se niġġieled is-sistema sabiex inżomm lil uliedi ‘l bogħod mill-periklu”.
Iżda l-Imħallef Michael Bowden iddeċieda li Greeuw ma kinitx kapaċi tipprova li hi ġarrbet minn din l-imġieba, minkejja li nstabu xi diskrepanzi fil-każ ta’ Miro Dabrowksi.
Matul il-ġuri tagħha, Robyn Greeuw sostniet li hi ma kinitx taf kif tuża l-Facebook u saret taf tużah xhur qabel Diċembru tal-2012.
Hi sostniet li l-post kienet “fabbrikazzjoni sħiħa u parti minn kampanja malizzjuża u vendikattiva” kontriha mwettqa minn Dabrowski u persuni oħrajn.
//= $special ?>