Internazzjonali

Militanti jaħtfu numru ta’ Kristjani Kopti f’Sirte

Irġiel armati mgħammda fit-Tramuntana tal-Libja ħatfu 13-il ħaddiem Kristjan Kopti mill-Eġittu, ġimgħa biss wara li kienu nħatfu sebgħa oħra.

Xhieda fil-belt ta’ Sirte qalu li militanti Iżlamiċi marru f’binja residenzjali matul il-lejl li għadda u talbu li min kien qed jgħix fih biex juri l-passaport jew il-karta tal-identita’.

Imbagħad il-Kristjani kienu separati mill-Musulmani qabel ma ġew immanettjati u maħtufa.