Il-pumpieri qed jitħabtu bla waqfien biex jikkontrollaw nirien qawwija fil-kampanja u li qed jheddu lir-residenzi fin-Nofsinhar tal-Awstralja u fl-istat ta’ Victoria.
Il-pulizija ddikjarat emerġenza nazzjonali u qalet lir-residenti li ħajjithom tinsab fil-periklu.
Il-kap tal-pumpieri fin-Nofsinhar tal-Awstralja qal li n-nirien f’Adelaide Hills, fil-Grigal tal-belt ta’ Adelaide, kienu l-agħar mindu kienu żviluppaw nirien qawwija fl-1983. Dawk in-nirien ta’ 32 sena ilu kienu ħallew 75 persuna mejta u ħolqu qerda kbira f’partijiet minn Victoria u fin-Nofsinhar tal-Awstralja.
//= $special ?>

