Kuntrattur taż 48 sena minn Naxxar baqa’ miżmum taħt arrest preventiv wara li ġie mixli b’arrest li allegatamet hedded b’mod verbali lil martu. Skont il-Prosekuzzjoni l-inċident seħħ fid-dar tal-mara nhar il-Ġimgħa li għaddiet.
Ir-raġel li tressaq quddiem il-Maġistrat Miriam Hayman wieġeb mhux ħati li wettaq dan ir-reat iżda l-Qorti ma laqgħġetx it-talba biex huwa jingħata l-liberta’ proviżorja ta’ lanqas sakemm tixhed l-istess mara u t-tfal. Il-Maġistrat Hayman ordnat ukoll lill-Prosekuzzjoni biex ma toqgodx itella’ x-xhieda. L-Avukat Austin Gauci Maestre deher għall-akkużat bil-Prosekuzzjoni titmexxa mill-Ispettur Nicholas Vella.
//= $special ?>