Lokali

Sit elettroniku mhux aġġornat jew l-istess nies lura fil-Ministeru tal-Intern?

Is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta Nazzjonali li fl-aħħar ġimgħat rat taqlib kbir wara l-isparatura mix-xuffier tal-eks Ministru Manuel Mallia rreġistra l-bidla fil-Ministru hekk kif il-Ministru huwa mniżżel bħala Carmelo Abela fejn jidhru wkoll id-dettalji ta’ kuntatt ta’ l-istess Ministru Abela.

L-istess paġna iżda turi lic-Chief of Staff bħala Silvio Scerri, is-Segretarju privat bħala Quinton Scerri u l-Ko-Ordinatur tal-Kommunikazzjoni bħala Ramona Attard. Dawn it-tlett membri kruċjali fi ħdan ministeru huma l-istess nies li kienu jokkupaw il-kariga fi żmien Manuel Mallia. Huwa normali li dawn il-karigi jinbidlu mal-ħatra ta’ ministru ġdid. Bosta għalhekk qegħdin jistaqsu jekk dan huwiex każ ta’ sit elettroniku mhux aġġornat jew jekk kienux maħtura mill-ġdid l-istess nies!