Saħħa

Tista’ pillola tfejjaq id-demenzja?

Ix-xjenzati jinsab pass eqreb biex jiżviluppaw pillola għall-kura tad-demenzja.

Tim mediku fil-Belġju kien kapaċi jirranġa ċelloli mejta fil-moħħ li ttieħdu minn pazjenti b’forma komuni tal-kundizzjoni, li għaliha m’hemm ebda kura.

Ix-xjenzati identifikaw varjant ta’ gene li jipprevjeni n-neurons milli jifformaw tajjeb, u rnexxielhom jirranġawh permezz tal-inġinerija ġenetika.

Ir-riċerkaturi faħħru l-iskoperta u fissruha bħala kisba, għax jemmnu li din tista’ twassal għal pillola ġdida kontra d-demenzja.

L-istudju uża l-istem cells minn tliet pazjenti b’tip ta’ demenzja, magħrufa bħala frontotemporal dementia, li hi ekwivalenti għal madwar nofs il-każi eżaminati f’pazjenti qabel l-eta’ ta’ 60 sena.

Bħalissa m’hemm ebda kura għal din it-tip ta’ kundizzjoni, li hi prevalenti fost il-familji.

Diżordni fil-moħħ hu r-riżultat ta’ dannu fin-neurons f’partijiet tal-moħħ, magħrufa bħala l-frontal u t-temporal lobes, li bil-mod il-mod iwasslu għal sintomi fl-imġieba jew fil-lingwa kif ukoll problemi emozzjonali.