Il-linja nazzjonali tal-ajru tal-Arabja Sawdita qed tippjana li tifred passiġġieri rġiel minn passiġġieri nisa fuq it-titjiriet tagħha. Dan skont liġijiet stretti inforzati mir-renju tal-Golf.
Il-linja tal-ajru Saudia se tkun qed iġġiegħel lill-irġiel u lin-nisa biex ikunu segregati abbord, sakemm ma jiġux minn xulxin.
Din id-deċiżjoni ssegwi sensiela ta’ ilmenti minn passiġġieri rġiel li ma aċċettawx lil irġiel oħrajn biex ipoġġu ħdejn in-nisa tagħhom u qraba femminili oħrajn.
Saru wkoll ilmenti meta passiġġieri rġiel stqarrew li stewardess kienet qed “tiċċaċra wisq”.
Sadattant hu maħsub li l-linja tal-ajru se tinkludi struzzjonijiet lil ħaddiema f’ajruporti ta’ pajjiżi fil-Golf sabiex jesegwixxu r-regolamenti l-ġodda.
//= $special ?>